Home  |   Kumitat Festa   |   Armar   |   Ritratti   |   Pubblikazzjonijiet   |   Downloads / Videos   |   Guestbook   |   Links   |   Ikkuntatjana

Armar ta’ l-imgħoddi  |  Proġetti ġodda

Armar - ta’ l-imgħoddi

 

 

 

L-armar huwa parti essenzjali mix-xogħol tal-Kumitat tagħna. Ħafna mill-armar filfatt sar f’dawn l-aħħar għaxar snin. Fosthom:

 - L-istatwi ta’ Sant Anna u San Ġwakkin u l-kolonni tagħhom.

 - Saru żewġ settijiet ta’ pavaljuni, wieħed għal Triq Parades u l-ieħor għal Triq San Pawl (mill-Mecca sal-Kunsill Lokali)

 - Saru erbgħa Bandalori għall-faċċata tal-Knisja u nxtraw żewġ kolonni biex jiġu armati fuqhom l-Anġli u dawn jitpoġġew quddiem il-Każin tal-Banda.

 - Fis-sena 2006 lestejna il-kolonna ta’ l-istatwa ta’ Malta, u sar ħafna xogħol ta’ liedna, grazzi għaż-żgħażagħ tal-Parroċċa.

Dan kollu apparti li sar ħafna xogħol ta’ restawr fuq il-Pilandri, l-Antarjoli u l-Labardi għalihom.

 

 

Is-sena l-oħra (2007) ma kinitx eċċezzjoni, u kellna bosta proġetti ġodda li b'sodisfazzjon kbir nghidu illi dawn kollha tlestew.

 - L-Imrewħa

 - L-Istatwa ta’ Malta

 - Restawr ta’ l-Anġli u l-Kolonni tagħhom

 - Sett ta’ brazzi għal fuq il-Pilandri

 - Sett ta’ Pavaljuni ġodda għal Triq San Pawl (mill-Kunsill sal-Harley’s Bar) li saru minnha stess il-membri tal-Kumitat, kemm bħala disinn kif ukoll bħala qtugħ ta’ drapp, tfassil, eċċ...

 Minn hawn nieħdu l-opportunita biex nirringrazzjaw lis-Sur Frank Ciantar ta’ l-għajnuna kbira li tagħna, grazzi tmur ukoll għal diversi ħajjata mill-Parroċċa li offrewlna l-għajnuna tagħhom.

 

 

 

 

::: Designed & Developed by Christopher Bray & Melvin Gauci  -  Copyright © 2008 – Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri – San Pawl il-Baħar A.D. 1969 :::