Home  |   Kumitat Festa   |   Armar   |   Ritratti   |   Pubblikazzjonijiet   |   Downloads / Videos   |   Guestbook   |   Links   |   Ikkuntatjana

Armar ta’ l-imgħoddi  |  Proġetti ġodda

Armar - Proġetti ġodda

 

 

Il-proġetti maħsubin sabiex jitlestew għall-Festa tas-sena 2008 huma:  

It-Trofej ta’ faccata tal-Knisja. Dan il-proġett artistiku maħdum mill-Iskultur is-Sur Carmelo Psaila, huwa mibni fuq sentejn, inbeda s-sena li għaddiet u jekk Alla jrid jitlesta u noħorguh għall-ewwel darba għall-Festa tas-sena 2008.

Apparti t-trofej infushom (l-injam) it-Trofej iridu jingħataw il-libsa, għalhekk din is-sena hemm il-ħsieb li jsiru erba’ Bandalori li id-disinn tagħhom diġa’ huwa lest, grazzi tmur għal bravu pittur is-Sur Joseph Tanti li għoġbu jgħamlilna dan id-disinn, u erba’ u  għoxrin  Bandira li ser jinħadmu min-nies tal-Kumitat, ser isiru wkoll erba’ arbli għalihom. Hawnhekk nieħdu l-opportunita sabiex mill-ġdid nirringrazzjaw lill-ħajjata kollha mill-Parroċċa ta’ l-għajnuna li nsibu minn għandhom kull darba li ħabbatnilhom il-bieb u dejjem aċċetawna b’idejhom miftuha. Grazzi. 

Wara li s-sena li għaddiet lestejna mid-drapp is-sett ta’ Pavaljuni ġodda għhal Triq San Pawl, għal din is-sena ser nagħmlu l-almu tagħna sabiex dawn il-pavaljuni jkunu lesti mill-isfumar wkoll. 

Proġett ieħor mibni fuq sentejn u li għandhu jitlesta għal Festa tas-sena 2008 huwa ta’ żewġ kuruni. Għad iridu nistabbilixxu l-post adattat għalihom, dan il-proġett qed isir miż-żgħażagħ tal-Parroċċa bl-għajnuna tal-Kumitat. 

Restawr għal din is-sena: ser nirrestawraw il-kolonna tal-Papa u hemm il-ħsieb li l-kolonni ta’ l-Anġli li ndurajnijhom s-sena li għaddiet, issirilhom l-iskultura.

 

 

::: Designed & Developed by Christopher Bray & Melvin Gauci  -  Copyright © 2008 – Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri – San Pawl il-Baħar A.D. 1969 :::