Home  |   Kumitat Festa   |   Armar   |   Ritratti   |   Pubblikazzjonijiet   |   Downloads / Videos   |   Guestbook   |   Links   |   Ikkuntatjana

Messaġġ President  |  Messaġġ Segretarju  |  Kumitat Ċentrali  |  Kumitat Nisa  Kummissjoni Żgħażagħ

Kumitat Festa

 

 

Sa mill-bidu tat-twaqqif tal-Parroċċa, fl-1905, il-Komunità tal-Patrijiet Franġiskani flimkien mar-residenti, kienet tagħmel Festi lil Madonna taħt it-titlu ta’ Marija tas-seba’ duluri, li dawn il-festi kienu jsiru fil-15 ta’ Settembru, eżattament fil-Jum Liturġiku tad-Duluri. Kienu jagħmlu ħilithom biex jorgannizaw Festa xierqa lill-Patruna tagħhom.

Matul iż-żmien, id-diettanti tal-Festa f’raħalna beda’ jiżdied u għalhekk, propju fl-1969, inħass il-ħtieġa li jitwaqqaf l-ewwel Kumitat. Illum wara tant u tant snin uħud mill-anzjani tagħna jifirħu li jaraw lilna li nirsistu biex nagħmlulha Festa lis-Sultana Tagħna. Il-parteċipazzjoni tal-mara u taż-żgħażagħ f’dawn l-aħħar snin ma naqsitx ukoll, għalhekk inħasset il-ħtieġa wkoll li jigu iffurmati żewġ fergħat fi ħdan il-Kumitat Festa, dak tal-Kumitat Nisa, li jieħdu ħsieb diversi attivitajiet bħal tombla, ħruġ u l-kċina fl-attivitajiet tal-Kumitat u l-Kummissjoni Żgħażagħ li jorganizzaw tournaments, discos u diversi attivitajiet oħra kollha b’għan wieħed....għal Festa ta’ Marija Addolorata Sultana tal-Martri.

Bil-parteċipazzjoni, bl-għajnuna, bis-sagrifiċċji u bid-dedikazzjoni tal-membri, illum il-ġurnata tista’ tgħid li l-Festa tagħna, ta’ Marija Addolorata Sultana tal-Martri, hija waħda fost l-ikbar festi li tiġi iċċelebrat fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta u għal dan aħna lkoll kburin u nirringrazzjaw lil missirijietna li bil-ftit tagħhom ta’ żmienhom, illum għandna Festa kif verament jixirqilha lis-Sultana tagħna.

L-irwol tal-Kumitat Festa huwa li jagħti s-sehem tiegħu fil-Parroċċa tul is-sena kollha u f’kull ma jirrikjedi, però bla dubju hija l-Festa Titulari l-qofol tiegħu fejn tirrikjedi ħafna xogħol u preparamenti kemm mil-lat materjali, bħal restawr ta’ l-armar, proġetti ġodda eċċ, kif ukoll l-organizzazzjoni tal-Festa innifisa, fil-jiem tas-settena, lejliet u nhar il-Festa

L-attività tal-Membri tal-Kumitat Festa Marija Addolorata Sultana tal-Martri, San Pawl il-Baħar hi diversa. Għal żmien il-Festa jieħu ħsieb il-programm kollu u jħalli f’idejn il-Każin tal-Banda San Pawl biex torganiżża l-marċi mit-Tnejn sas-Sibt.  

Matul is-sena il-Kumitat jitħabat biex jaħdem:

- Għal armar ġdid biex jitkompla t-tiżjin fit-toroq.

- Biex isebbaħ dak li diġa’ sar.

- Biex idur u jirrestawra dak li diġa’ għandu bħala armar.

- U jaraw li għal Festa kollox ikun kif għandu jkun, permessi, nar, armar,

  tmexxija taċ-ċelebrazzjonijiet u mhux b’inqass il-briju.

 

 

::: Designed & Developed by Christopher Bray & Melvin Gauci  -  Copyright © 2008 – Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri – San Pawl il-Baħar A.D. 1969 :::