Home  |   Kumitat Festa   |   Armar   |   Ritratti   |   Pubblikazzjonijiet   |   Downloads / Videos   |   Guestbook   |   Links   |   Ikkuntatjana

Messaġġ Viċi President  |  Messaġġ Segretarju  |  Kumitat Ċentrali  |  Kumitat Nisa  |  Kummissjoni Żgħażagħ

Kumitat Nisa 

 

 

Il-Kumitat Festa Nisa twaqqaf f’Awissu ta’ l- 2004 fuq inizjattiva tal-Kappillan ta’ dak iż-żmien, Fr Joe Xerri.  L-Għan prinċipali tat-twaqqif ta’ dan il-Kumitat kien biex id f’id mal-Kumitat ta’ l-irgiel norganizzaw attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi biex bihom nagħmlu festa xierqa lil Ommna Marija is-Sultana tal-Martri.

Mhux kull bidu huwa faċli, u hekk ukoll kien għalina, mhux faċli taffronta n-nies u tistedinhom jieħdu biljett jew jixtru xi ħaġa b’risq il-Festa Titulari.  Qisna sirna t-tallaba tal-parroċċa, imma kif igħidu jekk ma’ titlobx ma’ taqlax u minn hawn nixtieq nirringrazzja lil kull min għena biex nagħmlu dak li sissa sar b’risq il-Festa. Biex torganizza attività warajha hemm ukoll ħafna tbatija u sagrifiċċju, tbatija li tinbidel f’ferħ meta naraw li intom tkunu ħriġtu sodisfatti bis-servizz tagħna.  Grazzi mill-qalb lilkom li dejjem attendejtu għall-attivitajiet tagħna għax b’hekk tkunu qegħdin tagħtuna iktar kuraġġ biex inħarsu dejjem ‘il quddiem u nkomplu mixjin.  Il-preżenza tagħkom fil-bazaarijiet u f’kull attività li nagħmlu tgħinna biex aħna nibqgħu niltaqgħu u naħdmu għal dak li tixtiequ intom.  Permezz ta’ dan il-messaġġ nixtiequ nistiednukom biex tipparteċipaw f’dak kollu li huwa mħejji għal din il-Festa, kemm attivitajiet ta’ barra u anke dawk ta’ ġewwa.  Kif ukoll fl-attivitajiet li nixtiequ nkomplu nagħmlu f’dan is-sajf u fix-xhur ta’ wara. 

Illum aktar minn qatt qabel qed naraw b’għajnejna kemm trid biex tiċċelebra Festa Titular.  Kemm il-grupp ta’ l-armar jitħabat biex jirranġa jew joħloq armar ġdid.  Kemm fiha taħbit biex tagħmel Festa!!  Ejjew għalhekk ningħaqdu lkoll flimkien ħalli l-isforz li sar minn ħafna igawdih jekk jista jkun kulħadd.

Grazzi, u l-festa t-tajba lil kulħadd. Marija s-Sultana tbierek lilna lkoll.

Sarah Richard 

Segretarja


 

Karigi u Membri tal-Kumitat Nisa

 

Segretarja

Sarah Richard

 

Kaxxiera

Annabelle Debono

 

Attivitajiet fil-Kċina

Natasha Jarboua

 

Membri

Marisa Buhagiar, Nathalie Muscat, Anne Marie Gauci,

Rebecca Bonavia u Mattea Muscat

 

 

::: Designed & Developed by Christopher Bray & Melvin Gauci  -  Copyright © 2008 – Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri – San Pawl il-Baħar A.D. 1969 :::