Home  |   Kumitat Festa   |   Armar   |   Ritratti   |   Pubblikazzjonijiet   |   Downloads / Videos   |   Guestbook   |   Links   |   Ikkuntatjana

Messaġġ Viċi President  |  Messaġġ Segretarju  |  Kumitat Ċentrali  |  Kumitat Nisa  |  Kummissjoni Żgħażagħ

Kummissjoni Zghazagh 

 

 

 

Minn dejjem kien jinħass il-bżonn li jkun hemm rappreżentanza żagħżugħa fost l-għaqdiet u l-Kumitati ġewwa din il-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar, għalhekk aħna il-K.Ż.F.Ġ (Kumitat Żgħażagħ Festa Ġawhrin) deħlin fir-raba’ sena mit-twaqqif tagħna u qegħdin inkomplu nimxu u naħdmu għal għanijiet tagħna fil-Parroċċa. 

Dan kollu qatt ma seta jseħħ li kieku mhux għall-interess u l-fiduċja li wera fina il-Kumitat Festa. L-għan tagħna huwa dak li nkomplu nimmaturaw bħala żgħażagħ responsabbli, nagħtu kontribut lill-Parroċċa u l-Komunita’ u anki lill-istess Kumitat Festa, filwaqt li ma ninsewx l-għan ewlieni tagħna il-Festa tal-Patruna tagħna lkoll Marija Addolorata Sultana tal-Martri.  

Aħna naħdmu bis-sħiħ mal-Kumitat Festa biex nagħtu l-aqwa ġieħ lill-Patruna tagħna billi nwettqu diversi proġetti. Nibda billi insemmi il-Liedna, li sena wara sena, it-toroq tagħna qegħdin jiġu msebbħa biha. Proġett ieħor huwa dak tal- Kuruni li nittamaw li għall-Festa li ġejja jiżżanżnu għal-ewwel darba, biex ikomplu jagħtu dehra sabiħa lil-Festa tagħna. Aħna ż-żgħażagħ minbarra li nagħtu id-daqqa ta’ id lill-Kumitat Festa fl-armar ta’ barra, hemm diversi żgħażagħ li jagħmlu xogħol importanti fl-armar li jsir ġewwa il-Knisja. Biss xogħlna ma jieqafx hawn biss. Aħna nieħdu ħsieb biex kull xahar noħolqu attivitajiet għalina iż-żgħażagħ bħal ħruġ, tournaments u disco parties fost l-oħrajn.  

Minn hawn nixtieq nirringrazzja liż-Żgħażagħ kollha li jaħdmu bi sħiħ biex nagħmlu Festa mill-isbaħ u naħdmu lkoll biex l-għaqda ta’ bejnietna tkompli tisaħħaħ u tikber anki fin-numru. Fl-aħħar u mhux l-inqas GRAZZI KBIRA tmur lil dawk kollha li jappoġjaw il-ħidma u l-attivitajiet tagħna.

James Buhagiar 

Segretarju

 


 

Karigi u Membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ

 

Segretarju

James Buhagiar

 

Kaxxier

Ruben Camilleri

 

Assistent Kaxxier

Colin Vella

 

Rappresentant fil-Kumitat Festa

Matthew Gauci

 

P.R.O

Daniel Gauci

 

Assistent  P.R.O

Chris Grima

 

Kummissjoni Attivitajiet

Roderick Muscat  -  Alan Xuereb  -  James Buhagiar  -  William Vella

 

Assistant Fratelli

Julian Buhagiar

 

Kummissjoni Marċ tal-Ħadd Filghodu

William Vella, Roderick Muscat, Alan Xuereb

 

Kummissjoni Proġetti Ġodda

Julian Buhagiar, Matthew Gauci

 

 

::: Designed & Developed by Christopher Bray & Melvin Gauci  -  Copyright © 2008 – Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri – San Pawl il-Baħar A.D. 1969 :::