|
|
Talba |
|
O Marija, Omm tad-Duluri, nixtieq noqgħod
naħseb fuq dawk is-sitwazzjonijiet kollha li
inti l-iktar batejt fihom. Nixtieq nibqa’
għal ftit ħin miegħek u niftakar, bi
gratitudni lejk, kemm Int batejt għalija.
Mat-tbatijiet tiegħek, li ġarrabt matul
ħajtek kollha fuq din l-art, ngħaqqad ukoll
it-tbatijiet tiegħi, u barra minn hekk, dawk
tal-missirijiet u ta’ l-ommijiet,
taż-żgħażagħ, tal-morda, tat-tfal u ta’ l-anzjani,
sabiex jaċċettaw bl-imħabba kull tbatija
tagħhom, u jerfgħu salibhom bit-tama
f’qalbhom.
Bi Kristu
Sidna. Amen
|
|
Aħbarijiet |
|
Il-Festa
Reġgħet Magħna!
Bil-għajnuna t’Alla u Ommna Marija
is-Sultana tal-Martri għaddiet sena oħra ta’
Ħidma bla waqfien biex nhar is-26 ta’ Lulju
2009 tiġi iċċelebrata mill-ġdid il-Festa Ad
Unur Marija Sultana tal-Martri. Kienet sena
impenjattiva għall-membri tal-Kumitat biex
bħall kull sena joffru xi ħaġa ġdid
lill-poplu Pawlin u għall-dawk li jżuruna fi
żmien il-Festa. L-ikbar Opra bla dubju huwa
il-Mant li qiegħed jiġi maħdum u li ser
jiżzanżan għall-Festa Titulari ta’ din is-sena.
Grazzi kbira tmur għall-Kappillan Fr Joe
Cilia għal din l-inizjattiva u l-ħeġġa kbira
li għandu għal dan il-prġett hekk kbir.
|
|

REĠA’
WASAL IL-JUM MISTENNI
Iż-żmien igerbeb u reġa’ wasal ix xahar sabiħ ta’
Lulju fejn niccelebraw il-festa tant għażiża għalina
l-Pawlini, ta’ Marija Sultana tal-Martri. Festa li
ġib magħha ħafna impenn u stennija.
F’din is-sena specjali tal-40 sena mit-twaqqif
tal-Kumitat Festa ħa naraw proġetti ġodda li ilna
naħdmu għalihom bis-sħiħ matul din is-sena. L-aktar
proġett ambizzjuż huwa l-Mant għal fuq l-istatwa
Titulari li ġie jiswina
€60,000 fuq
disinn ta’ Renzo Gauci u qed jinħadem ġewwa Franza.
Proġett kbir ieħor għal din il-festa huwa li
għall-ewwel darba ukoll ha naraw spettaklu ta’ nar
minn fuq il-Barkun li din kienet xewqa kbira
tal-poplu ta’ San Pawl il-Baħar u ta’ dawk li ta’
kull sena jżuruna fi żmien il-festa.
Ħa jsiru żewġ anġli għal quddiem il-knisja xogħol ta’
Cutajar Zahra u għall-marc tal-Ħadd filgħodu ħa ssir
sorpriża li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqha.
Ma’ dawn il-proġetti kbar ha jsiru oħrajn diversi.
Kif qegħdin taraw fi ftit kliem wassalna ħafna mill-proġetti
li ħa jkollna għall-festa tant għażiża f’kull qalb
il-Pawlini b’saħħa tal-Kumitat Festa Irġiel, Nisa u
Żgħażagħ.
Għaldaqstant nixtieq nappella biex tingħaqdu magħna
f’dawn il-jiem sbieħ tal-Festa.
Il-Festa t-Tajba lil kulħadd u Viva Marija Sultana
tal-Martri
Melvin Gauci


|