|
Ħbieb,
Għal darb’oħra erġajt
qed niltaqa’ magħkom permezz tas-sit elettroniku
tal-Kumitat Festa, sit li bħal ma tistgħu taraw,
ikun aġġornat minn żmien għal ieħor, grazzi tmur
għall-webmasters tagħna li jieħdu ħsieb li naraw
dehra ġdida fis-sit ta’ spiss.
Meta nħares lura nara
kemm il-festa dejjem għamlet l-progress qawwi,
grazzi għal kull minn ta’ s-sehem tiegħu minn kemm
ilu mwaqqaf il-Kumitat Festa. F’dik li hija
aministrazzjoni nista’ ngħid li tul l-aħħar snin
għamilna dak kollu possibli sabiex dejjem naraw l-affarijiet
mixjin ’il quddiem, f’dak li huwa manutenzzjoni ta’
l-armar għamilna wkoll progress fejn dorna bosta
armar…u la semmejt l-armar antik ma nistax ma
nsemmix l-armar ġdid fejn bħal ma tistgħu taraw,
kull sena qed jirnexxilna nżannżu xi armar ġdid.
Dan ikun jista’ jseħħ
biss permezz ta’ kulħadd b’mod speċjali nsemmi ż-żgħażagħ
tar-raħal għaliex trid tara li warajk hemm min hu
lest ikompli jaħdem sabiex tagħmel iktar kuraġġ, bla
dubju trid ukoll ir-riżorsi finanzjarji għaliex biex
torganizza Festa bħal ma hija tagħna tiswilek eluf
kbar ta’ flus.
Però ma tistax tħares
lura u tieqaf hemm, dejjem trid tħares ’il quddiem,
tgħaddi festa u mill-għada stess tibda tipprepara
għal Festa oħra, b’mod speċjali din is-sena għaliex
hija id-39 sena minn mindu twaqqaf il-Kumitat.
Għalhekk hija l-aħħar għatba qabel l-anniversarju ta’
l-40 sena mit-twaqqif tal-Kumitat Festa. Għalina l-membri
dan ifisser impenn sħiħ għaliex irridu nagħmlu żgur
li l-isem ta’ dan il-Kumitat jibqa’ ħaj u jkompli
jżid fil-popolarità tiegħu.
Nispera li l-materjal
tas-sit qiegħed ikun ta’ interess għalikom u
nistedinkom tidħlu taraw is-sit frekwenti sabiex
iżżommu ruħkom aġġornati ma l-attivitajiet li jkunu
ser jiġu organizzati b’risq il-festa.
Inħeġġiġkom tkomlpu
tibgħatu l-kummenti tagħkom permezz tal-guestbook,
għaliex nassigurakom li aħna naċċettaw kull parir
jew kumment kostruttiv li tgħaddulna u anke
napprezzawh.
Fl-aħħarnett
nirringrazzja lill-sħabi l-membri tal-Kumitat Festa
Irġiel, Nisa u ż-Żgħażagħ għall-isforzi kbar li
jwettqu. Grazzi mill-qalb lill-poplu kollu ta’ San
Pawl il-Baħar ta’ l-appoġġ li dejjem nsibu.
Viva Ommna Marija
Addolorata.
|