|
Il-Ġimgħa 16 ta’ Lulju
7.00p.m.
Kunċert Ġenerali għall-Bandisti kollha bi
preprazzjoni għall-Programm Vokali u Strumentali.
It-Tnejn 19 ta’
Lulju
6.00p.m.
Kunċert Ġenerali għall-Bandisti kollha bi
preprazzjoni għall-Programm Vokali u Strumentali.
8.30p.m. Il-Banda San Pawl ta’ San Pawl
il-Baħar, tiftaħ il-festi esterni billi
tagħmel marċ li jibda minn Triq San Pawl, quddiem
il-Każin u jgħaddi mit-toroq Mosta, Kaħli, l-Arznell,
Wesgħa Mary Doris Zarb, Villeġjatura, San Pawl, San
Ġorġ, Markiża Bugeja, Parades, San Pawl u jispiċċa
quddiem il-Każin tal-Banda. Dan il-marċ jitella’
bil-kolloborazzjoni tal-Kunsill Lokali.
It-Tlieta 20 ta’
Lulju
8.30p.m.
L-Għaqda Mużikali Madonna tal-Karmnu tal-Fgura,
mistiedna mill-Każin Banda San Pawl tagħmel marċ li
jibda’ minn Triq San Pawl (Inħawi tal-Veċċja),
Katidral, Karmnu sa ħdejn il-Klabb tal-Boċċi, San
Ġwann Battista, Katidral, San Ġorġ, San Publiju,
Parades, San Pawl u jispiċċa quddiem il-Każin tal-Banda.
L-Erbgħa 21 ta’
Lulju
8.30p.m.
Is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Birgu,
mistiedna mill-Każin Banda San Pawl tagħmel marċ li
jibda’ minn Triq San Pawl quddiem il-Każin u jgħaddi
mit-toroq Mosta, Ramon Perellos, Jean De Cassiere,
Jean De La Valette, Kaħli, Għabex, Villeġjatura,
Konverżoni, Toni Bajada, Knisja, San Ġorġ, Parroċċa,
Parades, San Pawl u jispiċċa quddiem il-Każin tal-Banda
Il-Ħamis 22 ta’
Lulju
8.30p.m.
L-Għaqda Mużikali Lourdes tal-Qrendi,
mistiedna mill-Każin Banda San Pawl tagħmel marċ li
jibda’ minn Triq Patri Feliċ Sammut, Żerniq, Ċensu
Tanti, Ċagħaq, Lampuki, Ramel, Alka, San Luqa, Sant
Aristarkus, Isouard, San Ġeraldu, Torri, San Pawl u
jispiċċa quddiem il-Każin tal-Banda.
Il-Ġimgħa 23 ta’
Lulju
8.30p.m.
Il-Banda San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar,
tagħmel marċ li jibda’ minn Triq San Pawl quddiem
il-Każin u jgħaddi mit-toroq Toni Bajada, San Pawl
il-Baħar, Parades, San Pawl u u jispiċċa quddiem
il-Każin tal-Banda.
Is-Sibt 24 ta’ Lulju
– Lejliet il-Festa.
9.00p.m.
Programm Vokali u Strumentali fuq il-planċier mill-Banda
San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar. Il-Banda San
Pawl tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur
Mro.Charles Cachia. Jieħdu sehem it-Tenur Joseph
Aquilina u l-Kor tal-Każin Banda San Pawl immexxi
mis-Solista Pauline Vella. Jippreżentaw is-serata
Alexander Lautier u Marion Higgins.
Il-Ħadd 25 ta’ Lulju
– Jum il-Festa ta’ Marija Addolorata
11.00a.m.
Marċ ta’ filgħodu organizzat mill-Kumitat tal-Festa
Marija Addolorata. Is-Soċjetà Filarmonika,
Banda San Guzepp tal-Ħamrun, tagħmel marċ li
jibda’ minn Triq iċ-Ċagħaq u jgħaddi minn toroq
Lampuki, Kaħli, Mosta, San Pawl, Parades u San Pawl
sa quddiem il-Knisja Parrokkjali.
6.00p.m. Il-Banda La Vittoria tal-Mellieħa,
tagħmel marċ li jibda’ minn Triq San Pawl u jgħaddi
minn Triq Parades u lura għall-Triq San Pawl sa
quddiem il-Knisja Parrokkjali.
7.00p.m. Il-Banda Santa Marija
tal-Mosta, takkumpanja l-purċissjoni
bl-Istatwa devota ta’ Marija Addolorata, li tgħaddi
minn Triq San Pawl, Knisja, Toni Bajjada, San
Aristarkus, San Pawl, Parades u San Pawl sa ħdejn
il-Planċier.
8.00p.m. Programm fuq il-Planċier mill-Banda
La Vittoria tal-Mellieħa taht id-direzzjoni
tas-Surmast Direttur Mro. Joseph Vella. Jieħdu sehem
it-Tenur Joseph Aquilina u l-Kor tal-Każin Banda San
Pawl immexxi mis-Solista Pauline Vella. Il-Programm
jingħalaq bl-Innu lill-Marija Addolorata, u bl-Ave
Marija titkanta mis-Sinjura Pauline Vella.
|