Home  |   Kumitat Festa   |   Armar   |   Ritratti   |   Pubblikazzjonijiet   |   Downloads / Videos   |   Guestbook   |   Links   |   Ikkuntatjana

Programm Festi ta' Gewwa 2010

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Lulju: Ħruġ tal-Istatwa devota ta’ Marija Addolorata min-niċċa.
6.00 p.m. Rużarju meditat, li flimkien mal-Quddiesa, ikunu animati mill-Kumitat tal-Festa u l-Grupp Armar tal-Knisja.
6.30 p.m. Quddiesa mmexxija minn Patri Joseph Cilia OFMConv., Kappillan tal-Parroċċa. Waqt il-Quddiesa, għall-ewwel darba, ser jingħata l-mandat uffiċċjali lir-reffiegħa tal-Vara. Wara ħruġ tal-Istatwa Titulari min-niċċa. Kant tal-Innu, Kurunella u Tislima lill-Madonna.
Janima l-kant il-Kor Parrokkjali Marija Addolorata.

 

 

SETTENA TA’ ĠENEROŻITA


Din is-sena, matul il-jiem tas-Settena, ser ikun hemm qfief ħdejn l-istatwa tad-Duluri biex fihom tqiegħdu oġġetti tal-ikel għal dawk il-persuni u l-familji li l-parroċċa tgħin permezz tal-Kummissjoni Parrokkjali Djakonija. L-imħabba tagħna lejn Marija Addolorata għandha tqanqalna biex ngħinu lill-batut u lil min hu fil-bżonn. Meta nagħtu, aħna naqilgħu.


Is-Sibt, 17 ta’ Lulju: Bidu tas-Settena f’ġieħ Marija Addolorata.
L-Imqaddsa Verġni Marija, bint magħżula ta’ Israel
12.00 p.m Tindaqq mota solenni li tħabbar il-bidu tas-Settena bħala tħejjija għall-Festa Titulari.
5.30 p.m. Rużarju meditat, li flimkien mal-Quddiesa, ikunu animati mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Operaturi Pastorali tal-Parroċċa. Huma jġeddu l-Konsagrazzjoni tal-Parroċċa lill-Madonna Addolorata waqt il-Quddiesa.
6.00 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Kan. Dun Louis Suban, Arċipriet ta’ San Pawl tar-Rabat. Kurunella u Barka Sagramentali. Janima l-kant il-Grupp Amoris.
Qabel l-Barka Sagramentali, għall-ewwel darba, l-Parroċċa tirrikonoxxi s-servizz li taw jew għadhom jagħtu b’ġenerosita u mħabba Karmena Bonniċi, Ċettina Cassar u Ġino Camilleri, billi l-Kappillan jippreżenta lilhom l-Premju Servizz B’Imħabba.


Il-Ħadd, 18 ta’ Lulju
Il-Verġni Marija fit-tħabbira tal-Mulej
9.45 a.m. Quddiesa mmexxija minn P. Joseph Cilia OFMConv., Kappillan, animata mill-Kummissjoni Żgħażaġħ tal-Każin tal-Banda, li fiha jitbierku l-Bandisti u l-Istrumenti Mużikali. Janima l-kant il-Grupp Arise.
5.30 p.m. Rużarju meditat, li flimkien mal-Quddiesa, ikunu animati mill-Kummissjoni Parrokkjali Familja.
6.00 p.m. Quddiesa mmexxija mill-W.R. Dun Henry Balzan, Kappillan ta’ San Gejtanu, Ħamrun. Kurunella u Barka Sagramentali. Janimaw il-kant il-Kor Regina Coeli tal-Mġarr. Mistiedna b’mod speċjali għal din il-Quddiesa l-koppji li ż-żewwġu din is-sena, dawk li għandhom xi anniversarju taż-żwieġ u dawk li ġew joqgħodu ġodda fil-parroċċa. Mistiedna wkoll biex jieħdu sehem l-membri tal-Grupp tal-GRUFAN.

It-Tnejn, 19 ta’ Lulju
Il-Verġni Mqaddsa Marija, Omm il-Feddej
6.00 p.m. Rużarju meditat, li flimkien mal-Quddiesa, ikunu animati mill-Kummissjoni Parrokkjali Liturġija.
6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mill-W.R. Dun David Gauci, Kappillan ta’ Ħal Lija. Kurunella u Barka Sagramentali. Janima l-kant l-Kor tal-Parroċċa tal-Qawra.
Mistiedna b’mod speċjali li jieħdu sehem f’din il-Quddiesa, l-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, il-Letturi u l-Animaturi tal-Liturġija.


It-Tlieta, 20 ta’ Lulju
Il-Verġni Mqaddsa Marija fil-Preżentazzjoni tal-Mulej
6.00 p.m. Rużarju meditat li flimkien mal-Quddiesa, ikunu animati mill-Kummissjoni Parrokkjali Kateketika.
6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mill-W.R. Patri Donald Bellizzi OFMConv., Kappillan ta’ Burmarrad. Kurunella u Barka Sagramentali. Janima l-kant l-Kor Ħlewwa ta’ Marija tal-Parroċċa ta’ Burmarrad.
Mistiedna b’mod speċjali li jieħdu sehem il-Katekisti, s-Soċjeta’ tal-Museum, l-Komunita’ Pentekoste’, il-Gruppi tal-Katekumenat, l-Grupp Martha u Marija u l-Mother’s Prayer Group.

L-Erbgħa, 21 ta’ Lulju
Il-Verġni Mqaddsa Marija, dixxiplu tal-Mulej.
6.00 p.m. Rużarju meditat li flimkien mal-Quddiesa, ikunu animati mill-Kummissjoni Parrokkjali Addoloxxenti u Żgħażagħ.
6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mill- W.R. Dun Ruben Deguara, Kappillan ta’ Ħal-Tarxien. Kurunella u Barka Sagramentali. Janima l-kant l-Kor Għalenija tal-Mellieħa.
F’din il-Quddies niftakru b’mod speċjali fl-emigranti mill-parroċċa tagħna li jinsabu f’diversi nħawi tad-dinja.
8.00 p.m. Kunċert minn Anguélos Choir, minn French Chevreul, Saint Ignatius of Loyola Catholic School ta’ Marseille.


Il-Ħamis, 22 ta’ Lulju
Il-Verġni Mqaddsa Marija ħdejn is-Salib tal-Mulej.
6.00 p.m. Rużarju meditat, li flimkien mal-Quddiesa, ikunu animati mill-Ġenituri tal-Abbatini.
6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mill-W.R. Kanonku Dun Joe Mifsud, Arċipriet ta’ Bormla. Kurunella u Barka Sagramentali. Janima l-kant l-Grupp Għolja ta’ Sijon.
F’din il-Quddiesa niftakru b’mod speċjali għall-benefatturi ħajjin u mejtin tal-Parroċċa.


Il-Ġimgħa, 23 ta’ Lulju
Il-Verġni Mqaddsa Marija fil-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet
6.00 p.m. Rużarju meditat, li flimkien mal-Quddiesa, ikunu animati mill-Koperaturi Parrokkjali li jqassmu Leħen il-Parroċċa.
6.30 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Ġorġ Frendo O.P., Isqof ta’ Awżiljarju ta’ Tirana-Durres fl-Albanija. Kurunella u Barka Sagramentali. F’din il-Quddiesa issir il-Preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna Addolorata, Patruna tal-Paroċċa.
Janima l-kant l-Kor Parrokkjali Marija Addolorata

Is-Sibt, 24 ta’ Lulju: Lejliet il-Festa
8.30 a.m. Quddiesa mmexxija mill-W.R. Patri Tonio Mifsud OFMConv., Gwardjan ta’ B’Kara, fl-okkażjoni tal-25 sena mis-saċerdozju tiegħu. Fil-Quddiesa jingħata s-sagrament tal-morda lil dawk preżenti. B’mod speċjali huma mistiedna l-anzjani u l-morda, flimkien mal-membri tal-Legion of Mary. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kummissjoni Parrokkjali Djakonija. Jitkanta t-Te Deum bħala ringrazzjament tal-jiem tat-tħejjija għall-festa. Janimaw il-kant P. Mario Sant u Fra Christian Borg.
5.30 p.m. Rużarju Meditat immexxi mis-Sorijiet Agostinjani.
6.00 p.m. Quddiesa Solenni bil-kant tal-ewwel Għasar immexxija mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Francis Adeodato Micallef OCD, Isqof Emeritus ta’ Kuwait. Omelija minn Patri Joe Buttigieg OFMCap. Il-Kant ikun immexxi mill-Kor Notre Dame ta’ Ħaż-Żabbar taħt id-direzzjoni ta’ Clifford Cauchi.
7.15 p.m. Translazzjoni Solenni mill-Museum tas-Subien għall-Knisja Parrokkjali Matriċi mmexxija minn Patri Mario Sant OFMConv., Saċerdot Novell. Jieħdu sehem il-Boys Scouts tal-Qawra. Wara titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.
Fiċ-ċelebrazzjoni tal-lum jieħdu sehem il-Membri tal-Kumitat tal-Festa, r-Reffiegħa u l-Fratelli.
8.30 p.m. Quddiesa minn Patri Deo Debono O.S.A., Saċerdot Novell.


Il-Ħadd, 25 ta’ Lulju: Jum il-Festa
6.00 a.m. Iqaddes Patri Mario Galea OFMConv.
7.15 a.m. Iqaddes Patri Diegu Theuma OFMCap., Gwardjan tal-Patrijiet fix-Xemxija.
8.30 a.m. Iqaddes Patri Robert Agius OFMConv., Definitur Provinċjali.
9.45 a.m. Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija minn P. Joseph Cilia OFMConv., Kappillan tal-Parroċċa. Jinseġ il-paneġirku P. Martin Micallef OFMCap.
Mistiedna b’mod speċjali għal din il-Quddiesa, l-membri tal-Kunsill Lokali, tal-Każin tal-Banda, tal-Każini Politiċi, tal-Istituti Soċjo-Kulturali San Pawl u l-għaqdiet tal-isports.
11.30 a.m. Quddiesa bl-Ingliż immexxija minn P. Thomas Calleja OFMConv., ex-Kappillan u Gwardjan tal-Kunvent tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-25 sena tas-saċerdozju tiegħu.
6.00 p.m. Quddiesa bil-kant tat-tieni Għasar immexxija minn P. Mario Sant OFMConv., saċerdot novell mill-Parroċċa.
7.00 p.m. Ħruġ tal-Purċissjoni li titmexxa minn Patri Mario Sant OFMConv. Kif toħroġ l-istatwa fuq iz-zuntier issir it-Tislima lill-Madonna mill-Kappillan. Il-purċissjoni tgħaddi minn dawn it-Toroq: San Pawl, Knisja, Isouard, San Pawl, Parades u Triq San Pawl.
10.00 p.m. Tislima lill-Madonna bil-kant tal-Innijiet: Lill-Madonna tad-Duluri u l-Ave Maria.
Mad-dħul tal-istatwa titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali minn P. Mario Sant OFMConv.
Il-Kant ta’ jum il-festa jkun immexxi mill-Kor Notre Dame ta’ Ħaż-Żabbar taħt it-tmexxija ta’ Clifford Cauchi.


Il-Ġimgħa, 30 ta’ Lulju: Jum ta’ Ringrazzjament
6.00 p.m. Rużarju Meditat animat mis-Sorijiet Franġiskani.
6.30 p.m. Quddiesa ta’ Ringrazzjament immexxija minn P. Joseph Cilia OFMConv., Kappillan. Dħul tal-istatwa tad-Duluri fin-Niċċa. Il-Kant ikun immexxi mill-Kor Parrokkjali Marija Addolorata.
8.00 p.m. Get-together fis-Sala Allelulia għall-operaturi pastorali kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fil-Parroċċa. Dan ikun il-grazzi tal-Parroċċa għal dawk kollha li jżommuha ħajja permezz tas-servizz tagħhom matul is-sena.

 

 

MARIJA ADDOLORATA,

PATRUNA TAL-PARRO¬¬A TAG}NA

|OMMNA QRIB IBNEK {ESU’!

 

 

 

::: Designed & Developed by Christopher Bray & Melvin Gauci  -  Copyright © 2008 – Kumitat Festa Marija Sultana tal-Martri – San Pawl il-Baħar A.D. 1969 :::